21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – M.I.Industries vs UASI – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)

(Kawża T-30/16)

(2016/C 106/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M.I. Industries, Inc. (Lincoln, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Elias, Barrister, B. Cookson, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 438 074

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2944/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B 002 181 272 tar-rikorrenti u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 438 074 ta’ NIL; sussidjarjament, tiddikjara li r-rikorrenti pproduċiet prova tal-użu ġenwin tat-trade marks Komunitarji tagħha Nru 5 208 418 u Nru 5 208 201 għall-finijiet tal-oppożizzjoni Nru B 002 181 272, u tibgħat lura l-kawża lill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI sabiex jiddeċiedi l-kwistjonijiet imqajma fir-rigward ta’ kull waħda minn dawn it-trade marks taħt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja; b’mod iktar sussidjarju, tibgħat lura l-kawża fl-intier tagħha lill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.