14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/16)

(2016/C 098/69)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098 tat-13 ta’ Novembru 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 7716) (ĠU L 303, p. 35) sa fejn tikkonċerna r-Repubblika tas-Slovenja, jiġifieri l-parti li tikkonċerna

l-assenza ta’ proċedura ta’ monitoraġġ (nuqqas ta’ proċedura ta’ kontroll) tal-ħbula agrikoli maħluqa artifiċjalment, li minħabba f’hekk saret korrezzjoni tal-għajnuna diretta diżakkoppjata, li tammonta għal EUR 52 615,90għas-sena 2013 (sena tat-talba 2012), ta’ EUR 45 519,08għas-sena 2014 (sena tat-talba 2013) u EUR 34 211,94għas-sena 2015 (sena tat-talba 2014);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tinvoka tliet motivi relatati mal-verifika tal-ħbula agrikoli, jiġifieri, żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni u ksur tal-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni b’mod żbaljat ikonstatat li fis-Slovenja ma għadx hemmx sistema adegwata ta’ verifika tajba tas-superfiċji minima eliġibbli. F’dan ir-rigward, hija tindika li, fis-Slovenja, il-ħbula agrikoli żgħar huma r-riżultat ta’ kundizzjonijiet naturali u tal-frammentazzjoni fil-passat tal-istrutturi agrikoli tagħha. Barra minn hekk, dawn is-superfiċji ma nħalqux b’mod artifiċjali sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ħlasijiet tal-iskema ta’ għajnuna. Fl-aħħar nett, waqt l-eżami, il-Kummissjoni la kkonstatat u lanqas stabbiliet xi ksur, peress li s-superfiċji kontenzjużi ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha għad-determinazzjoni tas-superfiċji agrikolu u tal-unità jew tal-ħabel.