Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)

(Kawża T-882/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DOLFINA – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Dispożizzjonijiet proċedurali–Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet–Għan

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punt 27)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Ċessjoni, revoka u invalidità–Raġunijiet għar-revoka–Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark–Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti–Użu ġenwin–Kunċett–Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15, 42(2), 51(1)(a), u 57(2)]

(ara l-punti 36-43)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Ċessjoni, revoka u invalidità–Eżami tat-talba–Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti–Użu minn terz bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark–Kunsens espress jew impliċitu

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1) u (2))

(ara l-punti 68, 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1897/2015-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn La Dolfina u Sipral World.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Sipral World, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.