201801069Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal‑25 ta’ Jannar 2018 –
SilverTours vs EUIPO (billiger-mietwagen.de)
(Kawża T‑866/16)
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea billiger-mietwagen.de - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”
1. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Dispożizzjonijiet proċedurali-Eżami ex officio tal-fatti-Dmir ta’ diliġenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punti 14, 15) |
2. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet assoluti għal rifjut-Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz-Għan-Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 32) |
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet assoluti għal rifjut-Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz-Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 33-36) |
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet assoluti għal rifjut-Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz-Trade mark verbali billiger-mietwagen.de (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 37 sa 39, 49, 50) |
5. |
Proċedura ġudizzjarja-Rikors promotur-Rekwiżiti formali-Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati-Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 177(1)(d)) (ara l-punt 47) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat‑3 ta’ Novembru 2016 (Każ R 206/2016‑5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali billiger-mietwagen.de bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
SilverTours GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |