Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Mejju 2018 – Fedtke vs KESE
(Kawża T-801/16 RENV)
“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Irtirar — Età tal-irtirar — Talba għal estensjoni fis-servizz — L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 52 tal-Istatut. — Interess tas-servizz — Att purament konfermattiv — Fatti ġodda u sostanzjali — Ammissibbiltà”
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment – Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni li tinstab fid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 44, 45, 174) |
2. |
Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 129) (ara l-punt 56) |
3. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Deċiżjoni tal-amministrazzjoni li tista' titqies bħala Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra – Ammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punt 62) |
4. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Natura ta' ordni pubbliku – Dekadenza – Ftuħ mill-ġdid – Kundizzjoni – Fatt ġdid (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 65, 76) |
5. |
Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija – Inammissibbiltà – Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva – Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti u abbażi ta’ provi ġodda – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 67, 68, 70, 73-75, 77-79, 128) |
6. |
Uffiċjali – Irtirar volontarju – Eżami ta’ talba ta’ żamma fis-servizz – Kriterji – Interess tas-servizz – Applikazzjoni ta’ regoli differenti għad-determinazzjoni tal-età tal-irtirar skont id-data tar-reklutaġġ – Ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 32 u Anness XIII, Artikolu 23) (ara l-punti 149-151, 158) |
7. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni ta’ att tad-dritt sekondarju (ara l-punti 163, 175) |
8. |
Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Portata – Talba ta’ żamma fis-servizz – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 52) (ara l-punti 180, 181) |
9. |
Uffiċjali – Irtirar volontarju – Eżami ta’ talba ta’ żamma fis-servizz – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Interess tas-servizz – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 52) (ara l-punti 189, 190) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal annullament tad-deċiżjoni tal-KESE fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti intiża għaż-żamma f’impjieg attiv sal-età ta’ 66 sena.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ingrid Fedtke hija kkundannata tbati l-ispejjeż relatati ma’ din il-kawża kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea. |