Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tat‑8 ta’ Novembru 2018 – Cocchi u Falcione vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑724/16 P)
“Appell – Servizz pubbliku – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal – Dmir ta’ assistenza tal-Unjoni – Telf tal-interess ġuridiku tal-appellanti matul il-proċedura – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fl-ewwel istanza – Rabta kawżali”
|
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Tmiem sussegwenti tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punt 50) |
|
2. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Talba għad-danni marbuta direttament ma’ rikors għal annullament – Evalwazzjoni tal-legalità tal-aġir ta’ istituzzjoni skont il-motivi u l-argumenti indikati fit-talba għal annullament – Telf tal-interess ġuridiku tal-appellant matul il-proċedura – Assenza ta’ effett (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 80‑82, 84, 86) |
|
3. |
Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 94‑96, 104) |
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L‑Ewwel Awla) tat‑2 ta’ Awwissu 2016, Cocchi u Falcione vs Il‑Kummissjoni (F‑134/11, EU:F:2016:194), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
|
1) |
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat‑2 ta’ Awwissu 2016, Cocchi u Falcione vs Il‑Kummissjoni (F‑134/11), huwa annullat sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għad-danni mressqa minn Giorgio Cocchi u Nicola Falcione fl-ewwel istanza. |
|
2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
|
3) |
It-talbiet għad-danni mressqa minn G. Cocchi u minn N. Falcione fil-kuntest tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza bin-numru tal-Kawża F‑134/11 huma miċħuda. |
|
4) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura fl-ewwel istanza fir-rigward tat-talbiet għad-danni. |