Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tad-19 ta’ Ottubru 2017 – WQ vs Il-Parlament

(Kawża T-705/16 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ ċertifikazzjoni – Proċedura 2014 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 165 TFUE – Eċċezzjoni ta’ illegalità”

1. 

Appell–Aggravji–Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell–Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

(ara l-punt 34)

2. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea–Prinċipji–Proporzjonalità–Portata

(Artikolu 5(4) TUE)

(ara l-punt 40)

3. 

Uffiċjali–Proċedura ta’ ċertifikazzjoni–Preselezzjoni tal-kandidati–Kriterji–Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet–Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kors ta’ minn tal-inqas sena ċċertifikat b’diploma rrikonoxxuta minn Stat Membru–Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45a)

(ara l-punti 41, 44-47)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L‑Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, WQ vs Il-Parlament (F‑1/16, EU:F:2016:171), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

WQ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.