Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat‑13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC

(Kawża T‑703/16 RENV)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien determinat – Xoljiment antiċipat – Artikolu 47(b)(ii) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Modalitajiet ta’ preavviż – Responsabbiltà – Dannu morali”

1. 

Uffiċjali–Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet–Kundizzjonijiet–Kumpens għal dannu kkawżat lil uffiċjal jew lil membru tal-persunal–Dmir ta’ premura li jaqa’ fuq l-amministrazzjoni–Portata

(Artikolu 268 TFUE, Artikolu 270 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punt 30)

2. 

Uffiċjali–Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet–Kundizzjonijiet–Illegalità–Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni–Portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-amministrazzjoni

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 47(b)(ii))

(ara l-punt 31)

3. 

Uffiċjali–Membri tal-persunal bil-kuntratt–Xoljiment antiċipat ta’ kuntratt għal żmien determinat bi preavviż–Dritt għal smigħ–Portata–Xoljiment mingħajr ma l-persuna kkonċernata tiġi avżata–Ksur–Konsegwenzi

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 47(b)(ii))

(ara l-punti 44, 48, 49, 52)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali–Rikors għad-danni–Annullament tal-att illegali kkontestat–Dannu morali separabbli mill-illegalità li ma tistax tiġi rreparata kompletament permezz tal-annullament

(Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 60 sa 63)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba d-deċiżjoni tad-Direttur tal-ECDC li ġiet innotifikata lilu fl‑24 ta’ Frar 2012 u li xxolji b’mod antiċipat il-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Dispożittiv

1) 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) huwa kkundannat iħallas lil CJ, bħala kumpens għad-dannu morali, is-somma ta’ EUR 2000.

2) 

Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża F‑161/12 huwa miċħud.

3) 

CJ u l-ECDC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F‑161/12, tal-proċedura ta’ appell fil-Kawża T‑370/15 P u ta’ din il-proċedura li tibgħat lura l-kawża.