Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC

(Kawża T‑692/16)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien determinat – Artikolu 47(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Annullament ta’ deċiżjoni ta’ xoljiment antiċipat – Artikolu 266 TFUE – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida ta’ xoljiment antiċipat – Effett retroattiv”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Sentenza ta’ annullament-Effetti-Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni-Portata-Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza-Annullament, għal difett proċedurali, ta’ deċiżjoni ta’ xoljiment antiċipat ta’ kuntratt għal żmien determinat-Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida ta’ xoljiment li tirretifika d-difett-Retroattività ta’ din id-deċiżjoni-Ammissibbiltà-Kundizzjonijiet

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punti 38, 42, 46, 53-56, 66-68, 73, 77, 85)

2. 

Uffiċjali-Membri tal-persunal bil-kuntratt-Xoljiment antiċipat ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni-Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni-Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-membru tal-persunal ikkonċernat u tas-servizz-Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-ksur tar-rabta ta’ kunfidenzjalità-Stħarriġ ġudizzjarju-Limiti

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 47)

(ara l-punti 80, 82, 90)

3. 

Uffiċjali-Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju-Obbligu ta’ motivazzjoni-Portata

(Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25)

(ara l-punti 115, 116)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament-Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 122)

5. 

Uffiċjali-Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet-Kundizzjonijiet-Illegalità-Dannu-Rabta kawżali-Kundizzjonijiet kumulattivi

(ara l-punt 124)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, parzjalment, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-ECDC tat-2 ta’ Diċembru 2015 li xoljiet, b’effett retroattiv mit-30 ta’ April 2012, il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-ECDC tas-27 ta’ Ġunju 2016 li ċaħdet l-ilment li sar mir-rikorrent kontra din id-deċiżjoni ta’ xoljiment kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

CJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.