Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas‑26 ta’ Frar 2019 –
Athletic Club vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑679/16)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Rata preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul ta’ klabbs awtorizzati jużaw l-istatus ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Miżura infrastatali – Natura selettiva – Distorsjoni tal-kompetizzjoni – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Modifika ta’ għajnuna eżistenti – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern – Intenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li ma jirkuprawx għajnuna de minimis – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 18 sa 23)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

(Artikoli 107(1) u 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ))

(ara l-punti 28 sa 30)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Formulazzjoni mhux preċiża ta’ lment – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(1)(c))

(ara l-punti 38 sa 40)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Skemi speċjali ta’ tassazzjoni ta’ impriża li jiżgurawlha vantaġġ – Ammont eżatt tal-għajnuna li jista’ jiġi ddeterminat biss minn ċerti fatturi esterni għall-imsemmija skema – Assenza ta’ effett

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 53)

5. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Parametru rilevanti sabiex tiġi stabbilita s-selettività tal-miżura – Introduzzjoni, bejn operaturi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli, ta’ differenzazzjoni mhux iġġustifikata min-natura u l-istruttura ta’ sistema fiskali ġenerali

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 59, 64 sa 67, 70)

6. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Għajnuna ta’ importanza żgħira f’settur kompetittiv ħafna – Settur tal-isport professjonali nazzjonali

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 76 sa 82)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Kunċett – Emendi leġiżlattivi li jaffettwaw skema ta’ għajnuna – Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida – Kundizzjonijiet

(Artikolu 108(1) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004, Artikolu 4(2))

(ara l-punti 94 sa 96)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal‑4 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (l-ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol (ĠU 2016, L 357, p. 1), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Athletic Club huwa kkundannat għall-ispejjeż.