Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-14 ta’ Novembru 2017 – HL vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-668/16 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2014 – Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet ta’ dipartiment – Ommissjoni tal-isem tal-appellant – Obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza ta’ żball ta’ liġi – Assenza ta’ żnaturament tal-provi – Talba għal rikuża ta’ Mħallef”

1. 

Appell–Aggravji–Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-provi magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament–Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi–Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 195(2))

(ara l-punti 16, 17)

2. 

Uffiċjali–Promozzjoni–Eżami komparattiv tal-merti–Modalitajiet–Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni–Introduzzjoni ta’ sistema bbażata fuq il-kummenti tal-evalwaturi, mingħajr l-użu ta’ marki numeriċi jew ta’ evalwazzjonijiet analitiċi–Ammissibbiltà–Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 43 u 45)

(ara l-punti 18‑22)

3. 

Uffiċjali–Promozzjoni–Eżami komparattiv tal-merti–Eżami minn qabel tal-fajls fi ħdan kull direttorat ġenerali–Ammissibbiltà–Eżamijiet ulterjuri li għandhom jitwettqu mill-Kumitat tal-promozzjoni u mbagħad mill-Awtorità tal-Ħatra–Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45(1))

(ara l-punti 24-27, 30, 31)

4. 

Uffiċjali–Promozzjoni–Eżami komparattiv tal-merti–Konsultazzjoni tal-fajls individwali tal-kandidati–Ġustifikazzjoni tal-użu magħmul mill-informazzjoni disponibbli–Obbligu tal-amministrazzjoni–Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45)

(ara l-punt 28)

5. 

Uffiċjali–Promozzjoni–Ilment minn kandidat li ma ġiex promoss–Deċiżjoni ta’ ċaħda–Obbligu ta’ motivazzjoni–Portata

(Artikolu 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 25 u 90(2))

(ara l-punti 41, 43 u 44)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-20 ta’ Lulju 2016, HL vs Il‑Kummissjoni, (F‑112/15, EU:F:2016:161), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

HL għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.