Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Settembru 2018 – HD vs Il-Parlament

(Kawża T-604/16)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tad-dar – Allowance tal-edukazzjoni – Allowance għall-ulied dipendenti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Deċiżjonijiet li jtemmu d-drittijiet għal ċerti allowances – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament Nru 45/2001 – Ipproċessar tad-data personali – Obbligi ta’ informazzjoni fil-każ ta’ data li ma tkunx inġabret mill-persuna kkonċernata – Ksur – Effett fuq il-legalità ta’ atti adottati abbażi tad-data inkwistjoni – Assenza

(Artikolu 340 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013, Artikoli 12(1) u 32)

(ara l-punti 70-73)

2. 

Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni – Setgħa li tintalab informazzjoni mingħand l-awtoritajiet nazzjonali – Inklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013, Artikolu 66)

(ara l-punti 79, 83, 85)

3. 

Uffiċjali – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Kundizzjonijiet – Irregolarità evidenti tal-ħlas – Għarfien mill-persuna kkonċernata – Kriterji

[Regolamenti tal-Persunal, Artikoli. 67(1)(c) u 85]

(ara l-punti 101-109, 113-115, 120)

4. 

Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Attendenza regolari u full-time

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VII, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3)

(ara l-punti 131-133)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-21 ta’ Settembru, tal-5 ta’ Ottubru, tas-27 ta’ Novembru u tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jirkupraw ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrenti bħala allowance tal-edukazzjoni, t-tieni nett, id-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-5, 13, 23 ta’ Ottubru, tal-5, 11 u 12 ta’ Novembru 2015 li jirkupraw ammonti li mħallsa lilha indebitament fir-rigward tal-allowance għall-edukazzjoni u l-allowance għat-tfal dipendenti u li jċaħħduha mid-dritt tagħha għall-allowance tad-dar u, t-tielet nett, “sa fejn hemm bżonn”, id-deċiżjoni tal-21 ta’ April 2016 li ċaħdet l-ilment tagħha

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

HD hija kkundannata għall-ispejjeż.