Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Tataram vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑546/16)
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Adattament tar-remunerazzjonijiet – Regolament (UE) Nru 423/2014 – Rendikont tar-remunerazzjoni – Terminu tar-rikors – Dekadenza – Inammissibbiltà”
|
1. |
Eċċezzjoni ta’ illegalità – Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita – Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikoli 270 TFUE u 277 TFUE) (ara l-punti 32, 33, 45, 46, 49) |
|
2. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Rendikont tar-remunerazzjoni – Inklużjoni normalment ammessa għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ rikors (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2), u 91(1)) (ara l-punt 36) |
|
3. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Rendikont tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni li jirrifletti deċiżjoni li għandha għan purament pekunjarju – Inklużjoni – Rendikont tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni li sempliċiment jikkonferma d-deċiżjonijiet amministrattivi preċedenti – Esklużjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2), u 91(1)) (ara l-punti 37, 38) |
|
4. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Bidu tad-dekorrenza (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90) (ara l-punt 39) |
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tiffissa r-remunerazzjoni tar-rikorrenti għal Mejju 2014, kif ikkonkretizzat ruħha fir-rendikont tar-remunerazzjoni għax-xahar imsemmi li ntbagħtilha fil-15 ta’ Mejju 2014 u li huwa l-ewwel rendikont li japplika r-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Marina Tataram hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |