Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑15 ta’ Ġunju 2022 –
YT u YU vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑532/16)
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 – Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Post ta’ oriġini li jinsab f’pajjiż terz – Ħlas b’rata fissa kkalkulat fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post tax-xogħol u l-kapitali tal-Istat Membru li tiegħu l-uffiċjal għandu n-nazzjonalità”
|
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Effett – Tressiq tal-att ikkontestat quddiem il-qorti – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandhiex natura konfermattiva – Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni li tinsab fiha (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punt 22) |
|
2. |
Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Moviment tal-ħaddiema bejn post ta’ oriġini barra mill-Unjoni u post ta’ impjieg ġewwa l-Unjoni – Esklużjoni (Artikolu 45 TFUE) (ara l-punti 32-36) |
|
3. |
Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Uffiċjali li l-post ta’ oriġini tagħhom jinsab barra mill-Unjoni – Kalkolu tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post ta’ impjieg tagħhom u l-belt kapitali tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom – Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Assenza – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, kif emendati mir-Regolament Nru 1023/2013, Anness VII, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2)) (ara l-punti 38-41, 47-54, 56-60) |
|
4. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni immedjata tar-regola l-ġdida lill-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt ir-regola l-antika – Adozzjoni tar-Regolament Nru 1023/2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra – Ksur tad-drittijiet kweżiti – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, kif emendati mir-Regolament Nru 1023/2013, Annessi V, Artikolu 7, u VII, Artikolu 8) (ara l-punti 61-63) |
|
5. |
Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal li twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, kif emendati mir-Regolament Nru 1023/2013, Anness VII, Artikolu 8) (ara l-punti 64-68) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
YT u YU huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |