Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI

(Kawża T-508/16)

“Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol – Remunerazzjoni – Riforma tas-sistema tal-bonuses – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dmir ta’ premura – Artikolu 11(3) tar-Regoli Interni tal-BEI – Ugwaljanza fit-trattament”

1. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Remunerazzjoni – Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjonijiet u ta’ progressjoni salarjali – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Konklużjoni ta’ memorandum ta’ ftehim mar-rappreżentanti tal-persunal li jinkludi impenji tal-Bank fir-rigward tal-bonuses – Assenza ta’ effett

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikoli 13 u 15, l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 20 u Annessi I u II)

(ara l-punti 74 sa 79)

2. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Remunerazzjoni –Riforma tas-sistema tal-bonuses – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Rispett tad-drittijiet miksuba – Bidla, fil-futur, tas-sistema tal-bonuses qabel it-twettiq tal-evalwazzjonijiet li jagħtu lok għall-bonuses – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 20)

(ara l-punti 96 sa 100, 127)

3. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Remunerazzjoni – Riforma tas-sistema tal-bonuses – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi – Ħtieġa li jiġi previst perijodu tranżitorju ta’ tul suffiċjenti – Portata

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 20)

(ara l-punti 104, 106, 109, 116, 117)

4. 

Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Portata – Iffrankar fl-infiq għad-dannu tal-persunal – Ammissibbiltà

(ara l-punt 133)

5. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Remunerazzjoni – Riforma tas-sistema tal-bonuses – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 20)

(ara l-punti 139 sa 142)

6. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 35(1)(e))

(ara l-punt 197)

7. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Remunerazzjoni –Riforma tas-sistema tal-bonuses – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Aġġustament mhux eċċessiv tal-ammont tal-kumpensi individwali f’sens iktar favorevoli għall-persunal tat-tmexxija – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 20)

(ara l-punti 220-222, 234, 235, 237, 241)

8. 

Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti – Obbligi ta’ min iressaq it-talba

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 89(3)(d))

(ara l-punt 249)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti ta’ bonus ta’ April 2013, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-14 ta’ Diċembru 2010 u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-9 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ Ġunju u tas-16 ta’ Novembru 2011 u tal-20 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-BEI sabiex tħallas lir-rikorrenti somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa b’applikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti b’applikazzjoni tas-sistema preċedenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, tas-sistema l-ġdida korrettament implementata kif ukoll kumpens għad-danni materjali, minħabba t-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist tagħhom, u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huw amiċħud.

2)

Jean-Pierre Bodson u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.