Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (медведь)
(Kawża T-432/16)
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea медведь – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 18) |
2. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 19, 20) |
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 21, 36) |
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva медведь (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 23, 31, 39, 41, 49, 55) |
5. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks ta’ natura li jfixklu lill-pubbliku – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(g)) (ara l-punt 51) |
6. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks ta’ natura li jfixklu lill-pubbliku – Trade mark figurattiva медведь (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(g)) (ara l-punti 52-54) |
7. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rifjut ta’ reġistrazzjoni bbażat fuq waħda mir-raġunijiet assoluti ta’ rifjut elenkati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 –Natura suffiċjenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)) (ara l-punt 57) |
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2016 (Każ R 240/2016-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv медведь bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għal-ispejjeż. |