Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal‑14 ta’ Marzu 2018 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Żraben)
(Kawża T‑424/16)
“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell – Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell – Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”
1. |
Disinni Komunitarji–Dispożizzjonijiet proċedurali–Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet–L-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002–Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 62) (ara l-punt 29) |
2. |
Atti tal-istituzzjonijiet–Motivazzjoni–Obbligu–Portata–Regolarizzazzjoni ta’ żball fil-motivazzjoni fil-mori tal-kawża–Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 34) |
3. |
Disinni Komunitarji–Dispożizzjonijiet proċedurali–Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet–L-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002–Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE–Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell–Ammissibbiltà–Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 62) (ara l-punti 35, 36) |
4. |
Disinni Komunitarji–Dispożizzjonijiet proċedurali–Eżami ex officio tal-fatti–Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità–Eżami limitat għall-motivi invokati–Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell–Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell–Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 63(1)) (ara l-punti 45, 47, 48) |
5. |
Disinni Komunitarji–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni–Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata–Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(3)) (ara l-punt 51) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal‑25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs, Inc., hija annullata. |
2) |
L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Gifi Diffusion fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
3) |
Crocs għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |