Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T‑415/16)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità”

1. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni suġġetti għal dawn il-miżuri – Komunikazzjoni minn qabel ta’ motiv ġdid li jidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata – Provi kontra ġodda – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778)

(ara l-punti 55, 56, 58)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778]

(ara l-punti 72-77, 80, 81)

3. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Portata tal-istħarriġ

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778)

(ara l-punti 87-89)

4. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Rikors għal annullament ta’ persuna li tibbenefika mill-politika mħaddna mir-reġim Sirjan li hija suġġetta għal deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Tqassim tal-oneru tal-prova – Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778)

(ara l-punt 90)

5. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan – Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà, għad-dritt għall-unur u għar-reputazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778)

(ara l-punti 108-113, 115-117, 126-128)

6. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Kompatibbiltà mal-imsemmi prinċipju – Kundizzjonijiet

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778)

(ara l-punti 120-124)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Almashreq Investment Fund hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.