Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
(Kawża T‑414/16)
“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni tal-innoċenza — Proporzjonalità”
|
1. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni suġġetti għal dawn il-miżuri – Komunikazzjoni minn qabel ta’ motiv ġdid li jidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata – Provi kontra ġodda – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 54, 55, 57) |
|
2. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 71-76, 79, 80) |
|
3. |
L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 85-87) |
|
4. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Rikors għal annullament ta’ persuna li tibbenefika mill-politika mħaddna mir-reġim Sirjan li hija suġġetta għal deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Tqassim tal-oneru tal-prova – Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK 2018/778) (ara l-punt 88) |
|
5. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan – Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà, għad-dritt għall-unur u għar-reputazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 106-111, 113-115, 124-126) |
|
6. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Kompatibbiltà mal-imsemmi prinċipju – Kundizzjonijiet (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 118-122) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), kif ukoll tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Drex Technologies SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |