Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Syriatel Mobile Telecom vs Il‑Kunsill
(Kawża T‑411/16)
“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Preżunzjoni tal-innoċenza – Proporzjonalità”
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)) (ara l-punt 37) |
|
2. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 71 sa 76, 80) |
|
3. |
L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 88 sa 90, 101) |
|
4. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Rikors għal annullament ta’ persuna li tibbenefika mill-politiki mmexxija mir-reġim Sirjan suġġetta għal deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Tqassim tal-oneru tal-prova – Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punt 91) |
|
5. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi fil-konfront ta’ persuni ġuridiċi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza (Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punt 105) |
|
6. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni ta’ persuni, ta’ entitajiet jew ta’ organi assoċjati mar-reġim Sirjan – Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà u għad-dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK, (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 113 sa 118, 120 sa 122, 124, 132 sa 134) |
|
7. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni tal-innoċenza – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Kompatibbiltà ma’ dan il-prinċipju – Kundizzjonijiet (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK, premessa 1, (PESK) 2016/850, (PESK) 2017/917 u (PESK) 2018/778) (ara l-punti 126 sa 129) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), kif ukoll tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |