Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tas-27 ta’ Ġunju 2017 –
Clarke et vs EUIPO

(Kawża T‑89/16 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni sussegwenti – Implementazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment – Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Dmir ta’ premura – Aspettattivi leġittimi”

1. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58 u Anness I, Artikolu 11(1))

(ara l-punti 25, 26, 44)

2. 

Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni –Użu ta’ motivazzjoni impliċita mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

(ara l-punti 37, 38)

3. 

Appell – Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi – Ċaħda

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punti 82, 83)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It‑Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015, Clarke et vs UASI (F‑101/14 sa F‑103/14, EU:F:2015:151), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Nicole Clarke, Sigrid Dickmanns u Elisavet Papathanasiou għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza