Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 – Il‑Litwanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑34/16)

“FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Sostenn speċifiku għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-laħam tan-nagħaġ – Kontrolli fuq il-post – Verifika fiżika tal-annimali – Kwalità tal-kontrolli – Rapport ta’ kontroll – Korrezzjoni b’rata fissa – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Korrezzjoni ta’ darba”

1. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Evalwazzjoni tat-telf sotnut mill-fondi – Infiq irregolari li ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni suffiċjenti – Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjonijiet b’rata fissa – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artkolu 52(2))

(ara l-punt 23)

2. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

(Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31)

(ara l-punti 26 sa 29, 63, 109, 112)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEG – Korrezzjonijiet finanzjarji – Stat destinatarju li kien assoċjat mill-qrib mal-proċess ta’ tfassil tad-deċiżjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 30)

4. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Invokazzjoni tal-fatt tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ korrezzjoni sussegwentement għall-awditu mwettaq mill-Kummissjoni – Indizju tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet fis-sistema nazzjonali matul il-perijodu previst mill-awditu

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artkolu 52)

(ara l-punt 50)

5. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Portata – Kontrolli fuq il-post fuq annimali – Suġġett – Possibbiltà tat-twettiq ta’ kontrolli a posteriori abbażi ta’ dokumenti relatati mal-perijodu taż-żamma tal-annimali – Assenza – Neċessità ta’ verifka fiżika

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009, Artikolu 42)

(ara l-punt 54)

6. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa stabblita mill-Kummissjoni konformement mal-linji gwida interni adottati fil-qasam – Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ diversi nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll stabbilita minn Stat Membru – Natura mhux kumulattiva tar-rata fissa ta’ korrezzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52)

(ara l-punti 72, 118)

7. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Portata – Kontrolli fuq il-post fuq annimali – Neċessità ta’ verifika tal-korrelazzjoni bejn in-numru ta’ annimali preżenti fuq il-post u n-numru mdaħħal fir-reġistru miżmum mill-persuna li żżomm bhejjem – Possibbiltà li ma jintużax ir-reġstru, iżda li jsir riferiment għal informazzjoni li tinsab f’database kompjuterizzata u fir-reġistri tal-bhejjem – Assenza

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009, Artikolu 42)

(ara l-punti 91, 92)

8. 

Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Annullament ta’ deċiżjoni bħal din – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 101)

9. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata

(Artikolu 5(4) TUE)

(ara l-punti 105, 106)

10. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Proċedura – Suġġett – Korrezzjoni finanzjarja li ma tikkostitwixxix sanzjoni

(ara l-punt 108)

11. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa stabbilita mill-Kummissjoni konformement mal-linji gwida interni adottati fil-qasam – Kontrolli li ma joffrux il-livell mistenni ta’ regolarità tat-talbiet – Ammissibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 5 % f’każ ta’ nuqqasijiet ikkonstatati f’kontroll ewlieni wieħed

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52)

(ara l-punt 117)

12. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja – Kumulu tal-korrezzjonijiet analitiċi u tal-korrezzjonijiet b’rata fissa – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(2))

(ara l-punti 168, 169, 173, 174)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098 tat-13 ta’ Novembru 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.