Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

Kawża T-27/16

“FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Frott u ħaxix – Żball ta’ liġi – Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 – Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 – Prinċipju ta’ legalità – Ċertezza legali – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR – Korrezzjonijiet finanzjarji – Stat destinatarju li ġie assoċjat mill-qrib mal-proċess tat-tfassil tad-deċiżjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 885/2006, Artikolu 11)

(ara l-punti 27-29, 32, 33)

2. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni letterali, sistematika u teleoloġika

(ara l-punti 37-39)

3. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni ta’ regolament ta’ implementazzjoni fid-dawl tar-regolament bażiku

(ara l-punt 40)

4. 

Agrikultura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Frott u ħaxix – Organizzazzjonijiet ta’ produtturi – Finanzjament mill-FAEG – Kalkolu fuq il-bażi tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata matul il-perjodu ta’ referenza – Teħid inkunsiderazzjoni tal-produzzjoni ta’ membri ġodda ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi – Kundizzjonijiet – Neċessità għal dawn il-membri li kienu jagħmlu parti minn organizzazzjoni tal-produtturi oħra – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

[Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, Artikolu 11(1)(c) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1433/2003, Artikolu 3(5) u Artikolu 4(1) u (5), u Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007, Artikolu 52(5) u Artikolu 53(1) u (5)]

(ara l-punti 45-48, 53, 54, 72, 75, 77 -79)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35), li permezz tagħha l-Kummissjoni, b’mod partikolari, applikat għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012 korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 849 194.86 wara l-esklużjoni ta’ ċerti spejjeż dwar il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-frott u l-ħxejjex tar-Renju Unit tas-snin 2008 u 2009 minħabba d-dgħufija fis-sistemi ta’ kontrolli ewlenin fl-imsemmija programmi.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.