201806080151931282018/C 221/309162016TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180423252511

Kawża T-916/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment ta’ drittijiet nazzjonali tal-pensjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta”)


C2212018MT2510120180423MT0030251251

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-916/16) ( 1 )

“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment ta’ drittijiet nazzjonali tal-pensjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta”)”

2018/C 221/30Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2016 dwar proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-iskema tal-pensjoni tal-instituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, meta ssir talba għal trasferiment ta’ drittijiet tal-pensjoni li jkunu ġew akkwistati mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba illegalitajiet mwettqa mill-Kummissjoni waqt l-ipproċessar tal-imsemmija talba għal trasferiment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bernd Winkler huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 46, 13.2.2017.