5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2017 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-907/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Suq tas-siment griż fil-Kroazja - Deċiżjoni sabiex tinbeda l-fażi ta’ eżami fil-fond skont l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))

(2018/C 042/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, M. Raible u G. Wecker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u T. Vecchi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 6591 finali, tal-10 ta’ Ottubru 2016, sabiex tinbeda l-fażi ta’ eżami fil-fond skont l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, intiżi sabiex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-akkwist tal-kontroll ta’ Cemex Hungária Épitöanyagok Kft. u Cemex Hrvatska d.d. minn HeidelbergCement AG u Schwenk Zement bl-intervent ta’ Duna-Dráva Cement Kft.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Schwenk Zement KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.