18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-891/16) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Istrett ta’ Fehmarn - Għajnuna individwali - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Inammissibbiltà”))

(2019/C 65/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu pożizzjoni fuq miżuri ta’ għajnuna relatati mal-finanzjament tal-ippjanar, tal-kostruzzjoni u tal-operat tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Istrett ta’ Fehmarn.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.