18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-890/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mil-Istat - Finanzjament pubbliku tal-Fehmarn Belt Fixed Link Project - Għajnuna individwali - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))

(2019/C 65/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Copenhagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mid-Danimarka għall-finanzjament tal-Fehmarn Belt Fixed Link Project.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.