12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-849/16) (1)

((Rikors għal annullament - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni għar-regoli tal-Unjoni tal-modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL dwar l-aċċess minn terzi u r- regolamentazzjoni tariffarja - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà))

(2018/C 052/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PGNiG Supply & Trading GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.

3)

PGNiG Supply & Trading GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5)

PGNiG Supply & Trading, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Naftogaz Ukrainy SA, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG u Gazprom Eksport LLC għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.