19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – QF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti ċerti klabbs tal-futbol - Rata preferenzjali applikata fil-kuntest taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 104/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: QF (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol.

Dispożittiv

1)

It-talba għal dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u tal-Fútbol Club Barcelona

4)

QF huwa kkundannat għall-ispejjeż

5)

QF, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u l-Fútbol Club Barcelona għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.