201711170491555782017/C 412/467732016TC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20171016323211

Kawża T-773/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2017 – Salehi vs Il-Kummissjoni [“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Regolament (KE) Nru 539/2001 — Nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implementazzjoni li jirrigwradaw is-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Teħid ta’ azzjoni mill-Kummissjoni — Inammissibbiltà manifesta”]


C4122017MT3210120171016MT0046321321

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2017 – Salehi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-773/16) ( 1 )

“[“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Regolament (KE) Nru 539/2001 — Nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implementazzjoni li jirrigwradaw is-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Teħid ta’ azzjoni mill-Kummissjoni — Inammissibbiltà manifesta”]”

2017/C 412/46Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dominik Salehi (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drews, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u G. Wils, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ddeżistiet illegalment milli tadotta att ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001, tal-15 ta’ Marzu 2001, li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 65), u milli tibgħat notifika lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominik Salehi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 53, 20.2.2017.