28.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/22 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-766/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Assenza ta’ urġenza”))
(2018/C 182/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating et Y. Martínez Mata, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol, Hércules Club de Fútbol, SAD u Elche Club de Fútbol, SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12).
Dispożittiv
1) |
It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
Id-digriet tal-10 ta’ Novembru 2016, Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (T-732/16 R), huwa revokat. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |