18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – GM et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Tipi ta’ impjiegi - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 31 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Assistenti fi tranżizzjoni - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal awtorizzata biss f’karriera li tikkorrispondi għat-tip ta’ impjieg okkupat - Esklużjoni tal-uffiċjali AST 9 mill-proċedura ta’ promozzjoni - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Att konfermattiv - Lis alibi pendens - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 129 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Artikolu 130 tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2019/C 65/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: GM, GN, GO u GP (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement C. Berardis-Kayser u G. Gattinara u fl-aħħar nett, G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni kklassifikat ir-rikorrenti fit-tip ta’ impjieg “Assistent fi tranżizzjoni”, bil-konsegwenza tat-telf, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, tal-eliġġibbiltà għall-promozzjoni tagħhom għal grad superjuri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż relattivi tagħha u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn GM, GN, GO u GP.

3)

GM, GN, GO u GP għandhom ibatu nofs l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-16/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).