|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/42 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2021 – Bergallou vs Il-Kunsill
(Kawża T-521/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 - Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali u għoti tat-terminu għal raġuni ta’ distanza - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2022/C 73/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Amal Bergallou (Lot, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukata)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet li ma jingħatawx iktar lir-rikorrenti, mill-1 ta’ Jannar 2014, terminu għal raġuni ta’ distanza u r-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali sabiex hija tkun tista’ żżomm relazzjoni mal-post ta’ oriġini tagħha u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-konvenut għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Amal Bergallou hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
(1) ĠU C 431, 1.12.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-98/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).