27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2017 – Gaki vs Europol

(Kawża T-366/16) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali - Talbiet intiżi sabiex jinkiseb ordni - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2017/C 402/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Anastasia-Soultana Gaki (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Heinen, sussegwentement minn G. Keisers, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u S. Ryder, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u P. Lux, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex l-Europol tieħu ċerti azzjonijiet u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ kontroll komuni tal-Europol tal-4 ta’ Mejju 2016 dwar ilment imressaq mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Anastasia-Soultana Gaki hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.