14.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2017 – CSL Behring vs EUIPO – Vivatrex (Vivatrex)
(Kawża T-346/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vivatrex - Revoka tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 269/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CSL Behring (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vivatrex GmbH (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Stangl, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ April 2016 (Każijiet Magħquda R 1263/2015-4 u R 1221/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CSL Behring u Vivatrex.
Dispożittiv
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |