7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/51 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Aurora Group Danmark vs EUIPO – Retail Distribution (PANZER)
(Kawża T-246/16) (1)
((“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 161/57)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Aurora Group Danmark A/S (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Elmgaard Sørensen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Gaja, sussegwentement T. Frydendahl u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Distribution ApS (Hinnerup, id-Danimarka) (rappreżentant: E. A. Skovbo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Każ R 447/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Retail Distribution u Aurora Group Danmark.
Dispożittiv
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Aurora Group Danmark A/S u Retail Distribution ApS għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed, għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |