13.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Internacional de Productos Metálicos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fiċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja - Leġiżlazzjoni li jħassar id-dazji antidumping definittivi - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 078/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Internacional de Productos Metálicos, SA (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentanti: C. Cañizares Pacheco, E. Tejedor de la Fuente u A. Monreal Lasheras, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 52, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Internacional de Productos Metálicos, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.