27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Atti li ma ġew qatt adottati - Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talba għall-interpretazzjoni tar-rikors bħala li huwa intiż għal att ieħor li ma huwiex wieħed mill-atti kkontestati - Caħda - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 402/45)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent u ta’ allegata deċiżjoni ta’ inklużjoni u ta’ attivazzjoni tat-twissija ta’ esklużjoni tar-rikorrent fis-sistema ta’ twissija bikrija (EWS) jew fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (EDES).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha fil-kawża prinċipali u fil-proċeduri għal miżuri provviżorji, iż-żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis f’dawn il-proċeduri.

3)

Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu f’dawn il-proċeduri.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.