|
14.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/17 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SMOKY)
(Kawża T-179/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER SMOKY - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])
(2017/C 269/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2905/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż. |