17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piper Verlag vs EUIPO (THE TRAVEL EPISODES)

(Kawża T-164/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE TRAVEL EPISODES - Raġuni assoluta għal rifjut - Talba għal bidla - Att li ma jistax jiġi adottat mill-Bord tal-Appell - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2017/C 231/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Piper Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Oster, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 1099/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv THE TRAVEL EPISODES bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Piper Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.