5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/28


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/16 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Sistema fiskali ta’ eżenzjoni ta’ profitt eċċessiv ta’ ċerti impriżi multinazzjonali - Eżenzjoni mogħtija fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet fiskali antiċipati (tax rulings) - Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2016/C 326/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża sabiex jinkiseb l-għoti ta’ miżuri provviżorji għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 9887 finali, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat permezz ta’ eżenzjoni għall-profitt eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mill-Belġju.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.