16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Port autonome de Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/16) (1)

((Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Taxxa fuq il-kumpanniji - Għajnuna favur portijiet Belġjani mogħtija mill-Belġju - Ittra mill-Kummissjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri utli - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))

(2017/C 014/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port autonome de Charleroi (Charleroi, il-Belġju), Port autonome de Liège (Liège, il-Belġju), Région wallonne (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë et B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, intiża għall-annullament tad-deċiżjoni allegata dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38393 (2015/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju, annessa mal-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2016 u intiża li tipproponi miżuri utli lir-Renju tal-Belgju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL, il-Port autonome de Namur, il- Port autonome de Charleroi, il-Port autonome de Liège u r-Région wallonne għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.