30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – GABO:mi vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-10/16 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Is-sitt u s-Seba’ Programmi Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) - Ittri li jitolbu ir-rimbors ta’ parti mis-sussidji mogħtija - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2016/C 191/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, S. Lejeune u M. Sickierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa waħda, ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jinformaw lir-rikorrenti li hija tista’ tirkupra parti mis-sussidji li kienu ġew mogħtija lilha fil-kuntest tas-Sitt u s-Seba’ Programmi Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) u, min-naħa l-oħra, nota ta’ debitu tal-Kummissjoni li tordnalha li tħallas is-somma ta’ EUR 1 770 417,29 mhux iktar tard mill-15 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-18 ta’ Jannar 2016 mogħti fil-Kawża T–10/16 R huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.