|
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/64 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Hesse u Wedl & Hofmann vs EUIPO (TESTA ROSSA)
(Kawżi T-910/16 u T-911/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TESTA ROSSA - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tal-użu - Użu estern tat-trade mark ikkontestata - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2019/C 187/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent fil kawża T-910/16: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Rikorrenti fil kawża T-911/16: Wedl & Hofmann GmbH (Mils, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, rispettivament fil-kawża T-910/16 u fil-kawża T-911/16: Wedl & Hofmann GmbH u Kurt Hesse
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 68/2016-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn K. Hesse u Weld & Hofmann.
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kawżi T-910/16 u T-911/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
|
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
3) |
Fil-Kawża T-910/16, Kurt Hesse huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
4) |
Fil-Kawża T-911/16, Wedl & Hofmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |