201806290591986512018/C 249/329002016TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180601262721

Kawża T-900/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2018 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dayaday — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DAYADAY u dayaday — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Reputazzjoni — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”)


C2492018MT2610120180601MT0032261272

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2018 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday)

(Kawża T-900/16) ( 1 )

“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dayaday — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DAYADAY u dayaday — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Reputazzjoni — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”)”

2018/C 249/32Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Casual Dreams, SLU (Manrèse, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Ángel López Fernández (Fuensalida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 375/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Casual Dreams u M.A. López Fernández.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 375/2016-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Casual Dreams, SLU, inklużi dawk sostnuti minnha fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


( 1 ) ĠU C 95, 27.3.2017.