|
21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 242/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2021 – repowermap.org vs EUIPO – Repower (REPOWER)
(Kawża T-872/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali REPOWER - Raġuni assoluta għal invalidità - Karattru deskrittiv - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Libertà ta’ espressjoni”)
(2021/C 242/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: repowermap.org (Berna, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón u W. Sakulin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Repower AG (Brusio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2311/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn repowermap.org u Repower.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2311/2014-5) hija mibdula fis-sens li t-trade mark ikkontestata hija annullata għas-servizzi li ġejjin:
|
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
repowermap.org għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-EUIPO u minn Repower AG. |