8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-836/16 u T-624/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut - Taxxa progressiva imposta fuq id-dħul mill-bejgħ - Deċiżjoni li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Deċiżjoni finali li tikklassifika l-miżura bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kundizzjoni dwar is-selettività”)

(2019/C 230/34)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u A. Kramarczyk-Szaładzińska, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervjenti, insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: fil-Kawża T-836/16 M. Fehér, G. Koós u E. Tóth, u fil-Kawża T-624/17 M. Fehér u G. Koós, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5596 finali tad-19 ta’ Settembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) — Il-Polonja — Taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, li fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ din il-miżura, u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/160 tat-30 ta’ Ġunju 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mill-Polonja għat-taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut (ĠU 2018, L 29, p. 38), li tagħlaq il-proċedura u li tgħid li din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li ġiet eżegwita b’mod illegali.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni C(2016) 5596 finali tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) — il-Polonja — Taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/160 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mill-Polonja dwar it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja fil-Kawżi T-836/16 u T-624/17.

4)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-836/16 u T-624/17.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.