12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2018 – Jean Patou Worldwide vs EUIPO – Emboga (HISPANITAS JOY IS A CHOICE)

(Kawża T-808/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HISPANITAS JOY IS A CHOICE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti JOY - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 094/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Patou Worldwide Ltd (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Baran, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl A. Folliard-Monguiral u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Emboga, SA (Petrel, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 235/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jean Patou Worldwide u Emboga.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean Patou Worldwide Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.