Kawża T-807/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ Ġunju 2018 – MIP Metro vs EUIPO – AFNOR (N & NF TRADING) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali N & NF TRADING — Trade mark figuirattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea NF ENVIRONNEMENT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabblità ta’ konfużjoni — Assenza ta’ karattru distintiv miżjud tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ Ġunju 2018 – MIP Metro vs EUIPO – AFNOR (N & NF TRADING)
(Kawża T-807/16) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali N & NF TRADING — Trade mark figuirattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea NF ENVIRONNEMENT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabblità ta’ konfużjoni — Assenza ta’ karattru distintiv miżjud tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]”
2018/C 268/40Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Association française de normalisation (AFNOR) (La Plaine Saint-Denis, Franza) (rappreżentant: B. Fontaine, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1109/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-AFNOR u MIP Metro Group Intellectual Property.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 22, 23.1.2017.