14.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 166/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Agricola J.M. vs EUIPO – Miguel Torres (CLOS DE LA TORRE)
(Kawża T-806/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CLOS DE LA TORRE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TORRES - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))
(2018/C 166/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Agricola J.M., SL (Gerona, Spanja) (rappreżentant: J. Clos Creus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2099/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Agricola J.M.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Agricola J.M., SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |